Terek Grozny jilgħabu kontra Hibernians iktar tard dan ix-xahar

Illum tibda ż-żjara tal-klabb Russu, Terek Grozny f'Malta.
Il-klabb Russu huwa wieħed minn sensiela ta' klabbs u timijiet nazzjonali barranin li matul dawn ix-xhur se jżuru Malta fuq kamp ta' taħriġ.
Tul iż-żjara tagħhom f'Malta, li hija twila madwar xahar, Terek Grozny se jkunu qed jilgħabu partita ta' ħbiberija kontra ċ-champions Maltin, Hibernians fis-26 ta' Jannar fis-7:30pm fil-Hibs Stadium.
Barra minn dan, huwa mifhum li bosta klabbs oħra lokali bħalissa għaddejjin b'taħdidiet sabiex ikollhom ukoll il-possibiltà li jilgħabu partita ta' ħbiberija konttra l-istess Russi.
Bħalissa, Terek Grozny jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat Russu, bi 28 punt minn 18-il partita. Fl-istaġun li għadda, huma spiċċaw il-kampjonat fid-disa’ post.