​Terapija bil-klieb f’San Vinċenz

Tnieda servizz ġdid ta’ terapija professjonali bil-klieb ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paul.
Fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis spjega li dan is-servizz se jikkonsisti f’sessjonijiet ta’ integrazzjoni bejn ir-residenti u l-klieb li huma mgħallma u se jkun qed jiġi pprovdut erba’ darbiet fil-ġimgħa mis-Service Dogs Malta Foundation.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul Josianne Cutajar qalet li l-għan ta’ San Vinċenz de Paul hu li jintlaħqu livelli ġodda fil-kura fit-tul tal-anzjani. Skont Cutajar, l-introduzzjoni ta’ servizzi alternattivi bħal dawn tkompli tgħolli l-livell tas-saħħa mentali, psikoloġika u fiżika tar-residenti.
F’isem is-Service Dogs Malta Foundation, Joseph Stafrace esprima sodisfazzjon b’dan il-proġett u qal li għandu potenzjal li jagħmel il-ġid fil-ħajja tar-residenti ta’ San Vinċenz de Paul.
Ritratt: DOI – Francis Micallef