​Tentattivi għal Neighbourhood Watch ma ħadmux

Tentattivi li saru minn xi kunsilli lokali u mill-Pulizija biex f’xi lokalitajiet titwaqqaf Neighbourhood Watch ma ħadmux.
Għalhekk bħalissa m’hemm ebda lokalità f’Malta li qed tħaddem din is-sistema.
Il-Ministru Manuel Mallia qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Neighbourhood Watch hi sistema li permezz tagħha, ġirien jew membri ta’ komunità jiftehmu biex jieħdu responsabilità taż-żona li fiha jgħixu billi jissorveljaw it-toroq jew il-propjetà ta’ xulxin biex ikunu ta’ deterrent għal reati.