​Tentattiv biex ma jispiċċax fil-baħar it-tempju neolitiku f’Xrobb l-Għaġin

Twaqqaf kumitat inter-ministerjali bejn il-Ministeru tal-Ambjent u dak tal-Kultura, wara li nstabu mill-ġdid fdalijiet ġodda ta’ tempju neolitiku f’Xrobb l-Għaġin.
Kien mitt sena ilu meta nstabu l-ewwel fdalijiet ta’ tempju neolitiku, iżda maż-żmien kien maħsub li dawn se jintilfu. Madankollu, fl-aħħar snin instabu xi fdalijiet oħra f’sit li jinsab max-xifer tal-irdum. 
Il-Ministeru qal li trid tittieħed azzjoni immedjata sabiex it-tempju ma jispiċċax jisfronda għal ġol-baħar. 
Intqal li dan is-sit jinsab f’żona protetta, u li r-rwol ta’ dan il-kumitat se jkun dak li javża lill-Ministeri kif jista’ jiġi preservat. Dan il-kumitat għandu lil Anthony Pace bħala Chairperson.
Ritratt: Dr Ruben Paul Borg – Università ta' Malta