Tensjoni fid-dar ta’ Aldo u Emma

Illejla fl-10pm se tkompli s-sensiela Vittmi ta’ Lino Grech. Din is-sensiela bi produzzjoni ta’NJoy Media qed tixxandar nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa, fl-10pm fuq l-istazzjon Net.

Fl-episodju tal-lejla, Lino is-Social Worker, jinduna li fid-dar ta’ Aldo u Emma qegħda tinħass tensjoni kbira. Kif se jgħin fis-sitwazzjoni peress li kien ħabib antik ta’ Ġovanna?

Aldo jkollu żjara xejn mistennija fl-uffiċju tiegħu. Mingħand min tkun din iż-żjara? Għaliex Patrick jgħid lin-nannu Karmenu biex jagħmel kuraġġ u ma jagħmilx bħat-tfal?

Karmenu u Ġovanna lil min imorru jaraw flimkien? U x’kien fiha l-ittra li rċeviet Emma? Lil min kienet indirizzata u mingħand min? Emma min-naħa tagħha baqgħet tiltaqa’ ma’ Frank? U l-imgħallem tiegħu għaliex bagħat għalih?

Vittmi għandu kitba ta’ Lino Grech b’direzzjoni ta’ Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri De Carlo. F’dan l-episodju jidhru wkoll Ronald Saliba, Eric Grech, Rita Camilleri, Martin Giordano, Lenies Gauci u Tania Bartolo.