Tensjoni f’Bali dwar min se jwassal lit-turisti

Is-sewwieqa lokali tat-taxis f’Bali kemm-il darba nfexxew f’konfronti vjolenti mas-sewwieqa tal-Uber u l-Grab li skont tal-lokal, qed jiħdulhom xogħlhom.

Kważi 5.7 miljun turist minn madwar id-dinja żaru Bali s-sena l-oħra. Bħal f’ħafna pajjiżi oħra, l-applications bħal Uber u Grab qed isiru ferm popolari sabiex wieħed jaqsam it-triq minn post għal ieħor ma sewwieq li għandu l-liċenzja ma xi kumpannija minn dawn imsemmija bi prezz irħas minn dawk tat-taxis lokali.

Iżda r-reżistenza li qed isibu mis-sewwieqa tat-taxis lokali hija kbira ferm. F’għajnejn is-sewwieqa lokali, dawn qed japrofittaw mill-komunitajiet tagħhom filwaqt li m’huma jagħtuhom xejn lura.

Din it-tensjoni ilha preżenti minn meta dawn l-applications ġew imnieda f’Bali, fl-2015.