Tensjoni f’Gaża wara sensiela ta’ attakki bil-bombi

Qed tikber it-tensjoni f’Gaża wara li matul il-lejl seħħew splużjonijiet qrib id-djar ta’ uħud mill-esponenti ewlenin tal-Al Fatah.
Matul dawn il-ġranet l-Al Fatah qed jippreparaw għall-attivitajiet relatati mal-10 anniversarju mill-mewt ta’ Yasser Arafat.
Rokit li ġie sparat minn Gaża waqa’ qabel wasal fuq Iżrael u minflok sploda fl-istrixxa ta’ Gaża stess.
Iżrael mhux jeskludi li dawn l-attentati qed isiru mill-jihadisti tal-Istat Iżlamiku.
Waqt il-laqgħa mal-Kelliem tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin Federica Mogherini, il-Prim Ministru Iżraeljan qal li din mhix kwistjoni ta’ bini ta’ djar ġodda imma r-rikonoxximent tal-konfini ta’ Iżrael.