Tennis: Emma Montebello tilħaq il-finali fit-TENPRO Paris Bowl

Read in English.

Wara waqfa twila minħabba fil-Covid-19, il-kampjonata U12 ta’ Malta Emma Montebello rritornat lejn tennis kompetittiv fil-kapitali Franċiża.

Montebello, li daħlet ukoll fit-tielet fil-grupp tal-età U13, rebħet sitta minn tmien logħbiet u tilfet biss lill-aqwa plejer tal-Italja, Carla Giambelli, fiż-żewġ avvenimenti.

Il-kowċis Gordon u Matthew Asciak tal-Asciak Tennis Academy qalu li kienu kuntenti ħafna bil-prestazzjoni ta’ Montebello.

Montebello, li tattendi l-iskola Nazzjonali tal-Isport ta’ Malta, kienet ir-rebbieħa tal-Pro U11 Tennis 2019.