Tennis: Curmi llum tikkompeti mal-Amerikana

Francesca Curmi, atleta żagħżugħa tat-tennis bħalissa qed tieħu sehem f’kompetizzjoni ġewwa l-Amerka.

Curmi qed tieħu sehem fil-Junior’s ITF U/18 US Open, kompetizzjoni tat-tennis li bdiet propju aktar kmieni llum. F’waħda mil-logħob li mistennija tilgħab Francesca, hija propju kontra l-atleta Amerikana ta’ 17-il sena, Lea Ma. Lea kisbet it-22 post fil-klassifikazzjonijiet tad-dinja.