Tenishia u l-Orkestra Filarmonika b’kunċert għall-ftuħ ta’ Valletta 2018

Valletta 2018 se tara l-bidu uffiċjali tagħha fl-20 ta’ Jannar, bl-avvenimenti ewlenin jibdew minn kmieni waranofsinhar. 
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ mistennija jagħlqu bil-kbir b’kunċert mużikali minn Tenishia, DJ Malti ta’ fama internazzjonali, u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Il-Kunċert TEMPO se jsir fi Pjazza San Ġorġ fil-11:30pm u mistenni jieħu lil dawk kollha preżenti fuq ġita mużikali mis-sebgħinijiet ’il quddiem.
Il-kunċert mistenni jinkludi fih 17-il diska li ħallew marka fil-formazzjoni tal-ġeneru tal-mużika dance elettronika matul is-snin.
Ritratt: Gareth Degiorgio