​Tenis: Wara Rafael Nadal, Andy Murray eliminat f’Wimbledon

Andy Murray li lbieraħ lagħab l-agħar logħba tiegħu f’dawn l-aħħar snin, ingħaqad man-numru wieħed tad-dinja Rafael Nadal, wara li ġie eliminat minn Grigor Dimitrov.
F’logħba ta’ sagħtejn, iż-żagħżugħ Bulgaru Dimitrov, bla biża ta’ xejn għeleb lil Murray fi tliet sets bl-iskor ta’ 6-1, 7-6, 6-2.
Nhar it-Tlieta li għadda , iż-żagħżugħ l-ieħor Awstraljan Nick Kyrgios f’ħin ta’ tliet sigħat, għeleb lil Nadal bl-iskor ta’ 7-6, 5-7, 7-6, 6-3.
Permezz ta’ din ir-rebħa Dimitrov se jitla’ mal-ewwel għaxra, bl-Iskoċċiż Murray li se jinżel fl-għaxar post għall-ewwel darba f’sitt snin.
L-aħħar suċċess ta’ Murray f’Wimbledon kien is-sena li għaddiet meta għeleb lil Djokovic.
Intant fl-istess ħin tal-konfront bejn Dimitrov u Murray, Novak Djokovic f’logħba ta’ ħames sets għeleb lil Marin Cilic bl-skor ta’ 6-1, 3-6, 6-7, 6-2, 6-2.