Tenis: Tirrepeti ruħha l-istorja bejn Federer u Djokovic

Bħalma ġara fl-2012 fis-semifinali tal-ATP f’Dubai, l-Iżvizzeru Federer għeleb lis-Serb Djokovic.
Federer kien ilu ma jirbaħ lil Djokovic mill-finali tal-2012 f’Cincinnati fl-Istati Uniti.
Wara tliet sets f’ħin ta’ siegħa u 52 minuta, Federer rebaħ bl-iskor ta’ 3-6, 6-3, 6-2.
Fil-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej, se jkun hemm jistennieh Berdych, li fis-semifinali l-oħra għeleb lil Kohlschreiber b’żewg sets bl-iskor ta’ 7-5.
Għal Federer se jkun iċ-ċans li jirbaħ is-sitt titlu f’Dubai u t-78 suċċess fil-karriera tiegħu.