Tenis: Koppja rebbieħa

Rebħa dopja għall-koppja Taljana Sara Errani u Roberta Vinci fit-turnament tat-tenis f’Wimbledon.
Errani u Vinci flimkien rebħu għall-ewwel darba f’Wimbledon u rebħu wkoll il-Career Grand Slam.
Fil-karriera tagħhom flimkien kien jonqoshom biss li jirbħu f’Wimbledon u hekk kien.
Rebħa storika u meritata meta għelbu lil koppja Babos u Mladenovic bl-iskor ta’ 6-1, 6-3, b’dominju assolut tat-Taljani għall-56 minuta sħaħ.