​Tenis: Andy Murray ukoll jagħmilha għall-Kwarti tal-Finali

Mill-Open Awstraljan tat-Tenis, l-Iskoċċiż Andy Murray xejn ma kellu logħba faċli, meta għeleb lill-Bulgaru Grigor Dimitrov 6-4, 6-7, 6-3, 7-5.
Għalhekk issa fil-Kwarti tal-Finali, Murray se jaffronta liż-żagħżugħ Awstraljan Nick Kyrgios u l-Ispanjol Rafael Nadal se jilgħab kontra ċ-Ċek Tomáš Berdych.
Intant għad jonqos erba’ postijiet li jridu jimtlew mir-rebbieħ bejn Novak Djokovic u Gilles Muller, mir-rebbieħ bejn Feliciano Lòpez u Milos Raonic, mir-rebbieħ bejn Stanislas Wawrinka u Gullielmo Garcia-Lòpez, u mir-rebbieħ bejn David Ferrer u Kei Nishikori.