Tenfasizza l-ħtieġa li jitħarsu s-sorsi fi ħruġ t’informazzjoni

L-Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia, fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, enfasizzat il-ħtieġa li jiġu mħarsa s-sorsi u l-interessi tal-ġurnalisti investigattivi u l-whistleblowers.
B’referenza anke għall-każi mikxufa mill-Panama Papers, Comodini Cachia qalet li dan kollu hu meħtieġ biex tinkixef informazzjoni li tħares il-governanza tajba fl-interess pubbliku.
Il-Parlament Ewropew ivvota favur rapport li jfassal regoli komuni għall-ħarsien tan-negozju, is-sigrieti kummerċjali u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.
Fost l-oħrajn jipproponi li dawk li jkollhom sigrieti kummerċjali ma jkunux jistgħu jitolbu kumpens jekk l-informazzjoni li toħroġ dwarhom tikxef illegalità fin-negozju.