Tender San Vinċenz; proċess irregolari mill-bidu sal-aħħar – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-proċess tal-ħruġ tal-offerta għall-estensjoni f’San Vinċenz kien proċess irregolari mill-bidu sal-aħħar.

F’reazzjoni l-Gvern kien qal li dan kien żball iżda l-PD staqsa numru ta’ mistoqsijiet li jitfgħu dubju dwar dan. B’mod partikulari, l-PD jixtieq aktar informazzjoni dwar ir-raġuni għaliex il-linjigwida kienu daqshekk vagi rigward “l-investiment addizzjonali” u bla ebda konnessjoni mal-mira prinċipali tal-offerta li kienet il-bini ta’ kċina biex jissajjar l-ikel fuq il-post. Il-PD jixtieq aktar informazzjoni dwar il-fatt li peress li l-ftehim seħħ skont Public-Private Partnership kif jista’ jkun li dan seta’ kien żball.

Il-PD fakkar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija wkoll fid-dmir li tanalizza dawn is-sejħiet għall-offerti u ma għandhiex tibqa’ newtrali u tipprova ssolvi kwistjonijiet f’laqgħat privati wara bibien magħluqa.