Tender mill-Gozo Channel għal sistema elettronika tal-biljetti

Il-Gozo Channel qed iħares ‘il quddiem permezz ta’ sistema innovattiva fejn il-biljetti tal-vapur ikunu jistgħu jinxtraw onlajn jew permezz ta’ applikazzjoni fuq il-mowbajl. Skont stqarrija maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex, għal din l-inizjattiva ġie mniedi tender.

Fl-istqarrija ntqal li l-Ministeru għal Għawdex jemmen li, b’dan l-iżvilupp se tkun qed jitjieb l-operat tal-kumpanija f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza u servizz aħjar għall-klijenti.

Din hija waħda mir-riformi li se tkun qed tiġi implimentata wara li f’Ġunju li għadda nħatar Change Management Review Board immexxi mis-Sur David Spiteri Gingell, biex taħdem fuq numru ta’ inizjattivi biex jkun assigurat li l-kwalità tas-servizz ikun skont l-istandards xierqa.