Filmat: Tender għal 2 toroq ewlenin f’Għawdex

Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant’ Antnin f’Għajnsielem huma żewġ toroq prinċipali f’Għawdex se jkunu qed jiġu mibnija mill-ġdid. Dan ħabbritu l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u għalhekk ħabbret li ġie ppubblikat it-tender għal dawn iż-żewġ toroq..

Il-Ministru qalet li ftit tal-ġimgħat ilu l-esperti mqabbda biex jagħtu spjegazzjoni dettaljata tal-isfidi li hemm marbuta ma’ din it-triq prinċipali. Il-Ministru Caruana qalet li se jiġu mibnija mill-ġdid 1.6 kilometru ta’ toroq fejn se jitqiegħdu wkoll servizzi ġodda biex b’hekk ir-residenti ta’ Triq Sant’ Antnin f’Għajnsielem ikollhom servizzi ġodda u jiġi eliminat l-inkonvenjent marbut mas-sistema tad-drenaġġ.

Inawgurat xogħol ta’ restawr fuq niċċa storika fl-Għasri

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana inawgurat xogħol ta’ restawr li sar fuq niċċa storika li tinsab fi Triq Salvu Gambin fl-Għasri. Dan ir-restawr sar permezz tal-fondi li ngħataw lill-Kunsill Lokali tal-Għasri taħt l-iskema tar-restawr intiża għall-kunsilli lokali Għawdxin.

Il-Ministru li l-Ministeru għal Għawdex għandu missjoni li jissalvagwardja u jippreserva l-wirt kulturali, arkitettoniku u storiku tal-gżira Għawdxija u kien għalekk li tnediet skema.

Żiedet li hemm bżonn aktar siti jiġu restawrati u kien proprju għalhekk li nħarget it-tieni sejħa ta’ din l-iskema. Għal din is-sejħa applikaw sitt kunsilli lokali fejn tlieta minnhom kwalifikaw b’suċċess.

Dawn is-siti li se jiġu restawrati huma n-Niċċa tal-Patri f’Ta’ Kerċem, ix-xelter tat-Tieni Gwerra Dinija fil-Munxar u l-istatwa ta’ San Ġużepp fil-Qala