TemptAsian jissiġilla postu mal-aqwa 40 restorant f’Malta

Għal darb’oħra ir-restorant TemptAsian issiġilla postu fost l-aqwa 40 restorant f’Malta skont l-edizzjoni tal-2016 tad-Definitive(ly) Good Guide to Restaurants in Malta & Gozo.
Ir-restorant, li jgawdi veduti mill-isbaħ mill-ogħla sular tal-lukanda The Palace f’Ta’ Sliema, joffri vjaġġ gastonomiku madwar il-kontinent Asjatiku, b’ikel bnin u varjat imħejji minn tim ta’ kokijiet li huma magħrufa għall-platti li joħolqu b’palat mill-aqwa.