Tempju ta’ Borġ in-Nadur miftuħ għall-pubbliku

DOI: Omar Camilleri

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa se jibda jkun miftuħ kuljum għall-pubbliku. It-tempju jinsab bejn żewġ widien u faċċata tal-baħar. It-tempju Preistoriku kien jintuża wkoll fiż-żmien il-Bronż.

It-tempju b’erba’ apsidi għandu wesgħa kbira quddiemu magħluqa li hija unika għal binjiet bħal dawn.

Is-sit se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ħadd, ħlief fil-Ġimgħa l-Kbira, lejliet il-Milied, jum il-Milied, lejliet l-Ewwel tas-Sena u jum l-Ewwel tas-Sena.

Dan ħabbritu Heritage Malta permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Kultura.