Temperaturi tar-rebbiegħa fix-xitwa li għaddiet

Ix-xitwa li għaddiet kienet l-iktar waħda niexfa minn kemm ilhom jinżammu rekords fl-Uffiċċju Meteoroloġiku, saħanistra erba’ darbiet iktar xotta mix-xitwa tas-sena l-oħra.
Kien l-istess uffiċċju, fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li żvela dan hekk kif spjega li t-temperatura f’Marzu telgħet saħansitra sa 24.6 gradi Celsius waqt li t-temperatura medja tal-baħar f’Diċembru kienet ta’ 18.6 gradi Celsius.  
Fisser li dawn huma simili għall-ogħla temperaturi li soltu jiġu reġistrati f’April u f’Mejju.
It-temperatura tal-baħar f’Jannar kienet l-ogħla li qatt kienet f’dan ix-xahar mill-1978 ’il quddiem, waqt li Frar kien l-iktar wieħed xott fl-aħħar 93 sena.