Temperaturi għolja u aktar ħalbiet tax-xita

Għalkemm it-temperaturi jidru li se jibgħqu għoljin, għad hemm possibiltà li jkomplu l-ħalbiet tax-xita tul il-ġimgħa.

Tul il-bqija tal-ġimgħa jidher li t-temperatura se tvarja bejn it-30˚c u d-29˚c. Skont is-sit elettroniku AccuWeather jidher li ċ-ċans ta’ ħalbiet tax-xita hu xi ftit għoli b’mod ġenerali għal tul il-ġimgħa. Il-persentaġġ ta’ kemm hemm ċans tagħmel xita jvarja bejn 40% u 60%.

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport internazzjonali Ta’ Malta, it-temperatura tal-baħar hi dik ta’ 28˚c. Għalkemm f’dawn l-aħħar jiem f’bosta mil-lokalitajiet għamlu xi ħalbiet tax-xita, it-temperatura tal-baħar għadha ma niżlitx u għalhekk għadu tajjeb biex tgħum. Skont l-istess tbassir il-baħar għandu jkun kalm b’xi waqtiet moderat.