Temp: X’hemm lest għalina din il-ġimgħa?

Miguela Xuereb

Din il-ġimgħa tidher li se tibda b’riħ qawwi li se jolqot il-gżejjer Maltin. Skont Maltese Islands Weather ir-riħ dalgħodu se jkun mill-Punent Majjistru u jilħaq forza ta’ massimu 9. Aktar tard mistenni jdur mill-Majjistral.

Skont ir-rapport tat-temp maħruġ mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ir-riħ għandu jibqa’ jippersisti sa nhar l-Erbgħa. Il-kumplament tal-ġimgħa mistennija tkun ikkaratterizzata minn xemx bis-sħab.

It-temperatura mhux se togħla aktar minn 18-il grad u mistennija tinżel sa 11-il grad filgħaxijiet.

Maltese Islands Weather qed ibassar li l-kundizzjoni tal-baħar se tkun qawwija ħafna llum. L-għoli medju tal-mewġ mistenni jilħaq il-5.2m sa 6.1m. Bit-temperatura tal-baħar tilħaq id-19-il grad.