Temp sabiħ imbassar għall-Elezzjoni Ġenerali

It-tbassir tat-temp għall-ġurnata ta’ l-Elezzjoni Ġenerali mistenni jkun sabiħ bi ftit sħab kultant b’temperatura pjuttost għolja li mistennija tilħaq l-20 grad celsius minħabba kurrenti moderati u sħan li mistennija jiġu mill-kontinent Afrikan.

Skont it-tbassir maħruġ mill-Uffiċju Meterjoloġiku ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, matul il-ġimgħa d-dieħla, t-temp mistenni jvarja minn ftit imsaħħab għal xi ċansijiet ta’ ħalbiet iżolati ta’ xita fil-jiem tal-Erbgħa u l-Ġimgħa, bl-ogħla temperaturi li mistennija jvarjaw bejn il-15 u t-18 -il grad, filwaqt li l-inqas temperaturi mistennija jvarjaw bejn il-11 u t-13 -il grad celsius.

Is-sit internazzjonali dwar it-tbassir tat-temp accuweather.com qiegħed ibassar li l-ogħla temperatura s-Sibt li ġej se tlaħħaq id-19 -il grad celsius, bl-inqas temperatura tkun ta’ 14 -il grad celsius.