Temp bnazzi jew maltemp?

Webinar ieħor b'xejn għan-Negozji mill-BOV, Malta Chamber u Saxo Bank

Read in English.

Il-Bank of Valletta qed jingħaqad ma’ The Malta Chamber u Saxo Bank sabiex jorganizzaw webinar ieħor b’xejn għan-negozji bit-tema ‘Blue Sky or Eye of the Storm’ nhar il-Ħamis 17 ta’ Settembru 2020 f’nofsinhar.

L-aħħar tliet xhur tal-2020 jidhru li se jkun pjuttost mimlijin b’avvenimenti u jaf jipprovdu ħjiel dwar kif se jkun il-bidu tal-2021. Christopher Dembik, Group Head Macroeconomic Analyst minn Saxo Bank se jingħaqad ma’ esperti fl-investimenti, Matthew Farrugia mill-BOV Wealth Management u Steve Ellul mill-BOV Asset Management, biex jiddiskutu l-opportunitajiet u r-riskji għan-negozji lokali matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida.

Matul dan il-webinar ser jiġu diskussi diversi suġġetti, inkluż il-gwerer fil-qasam tal-kummerċ u l-impatt tagħhom fuq is-supply chains fil-ġejjieni, l-implikazzjonijiet ta’ ‘no deal Brexit’, u l-impatti tat-tieni mewġa tal-pandemija COVID-19. Il-Viċi President tal-Malta Chamber, Marisa Xuereb, ukoll se jindirizza lill-parteċipanti, li minn naħa tagħhom se jkollhom il-ħin biex jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.

Operaturi tan-negozji lokali huma mistiedna jirreġistraw illum għal dan il-webinar b’xejn billi jidħlu fis-sit permezz ta’ dan il-link.

Dan il-webinar huwa wieħed minn sensiela ta’ webinars b’xejn li l-Bank of Valletta organizza jew ospita flimkien ma’ sieħba soċjali matul dawn l-aħħar xhur, bil-għan li jipprovdi informazzjoni esperta u l-aħjar prattiki lin-negozji u l-konsumaturi lokali.

Dawn il-webinars għandhom skopijiet purament informattivi. Kull informazzjoni matul din is-sessjoni mhijiex u m’għandhiex tinftiehem bħala offerta jew rakkomandazzjoni għall-bejgħ jew solleċitazzjoni ta’ offerta jew rakkomandazzjoni biex tixtri jew tissottoskrivi għal kwalunkwe prodott.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta) u servizzi ta’ investimenti f’termini tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta) .