Read in English.
Il-paġna ta’ Facebook tal-Animal Guardians poġġiet żewġ ritratti tal-istess qattusa — wieħed minn Ġunju tal-2019, meta l-qattusa nġiebet fil-Cat Café tagħhom trawmatizzata wara li kienet għadha rat lill-qattus tagħha maqtul minn karozza, u l-ieħor ittieħed seba’ xhur wara f’Jannar 2020, kuntenta u sigura.
Animal Guardians Malta bdiet fl-2004 bħala grupp ta’ voluntiera li jistinkaw biex ibiddlu l-qagħda tal-qtates li ma jkollhomx dar f’Malta. Illum huma jmexxu kafetterija ta’ terapija tal-qtates li tinsab ġewwa d-dar tal-anzjani f’San Vinċenz De Paule f’Ħal Luqa.
L-NGO għenet biex issalva u ssib djar tajbin għal mijiet ta’ qtates abbandunati jew mitlufa.
Għal aktar informazzjoni u biex issir voluntier tista’ żżur il-paġna ta’ Facebook tal-Animal Guardians Malta jew il-websajt tagħhom, jew ibgħatilhom email fuq: animalguardiansmaltacatcafe@gmail.com