Telqu minn pajjiżhom minħabba kunflitt u persekuzzjoni – ifo

Read in English.

Fl-2015 u l-2016 il-kunflitt u l-persekuzzjoni kienu r-raġunijiet ewlenin għaliex bosta persuni ħarbu minn pajjiżhom u mxew lejn l-Ewropa. In-numru ta’ dawn il-każijiet kien ferm akbar minn dak tal-persuni li telqu minn pajjiżhom minħabba l-ekonomija jew xi diżastru naturali.

Dan huwa r-riżultat li ħareġ minn studju li sar mill-Istitut tal-ifo. L-Istitut analizza informazzjoni dwar ir-refuġjati u l-immigranti li daħlu fl-Ewropa lura fl-2015 u l-2016. Skont ir-riżultati, 77% ta’ dawk li telqu minn pajjiżhom għamlu dan minħabba każijiet ta’ kunflitt u persekuzzjoni. 21% telqu minħabba l-qagħda ekonomika u 2% minħabba diżastri naturali.

Skont l-istqarrija maħruġa mill-uffiċju tal-ifo, ir-raġunijiet l-għaliex telqu minn pajjiżhom tvarja skont fejn kienu jgħixu. Aktar minn 90% li kienu ġejjin mill-Afganistan, l-Iraq, is-Somalja, is-Sudan u s-Sirja qalu li telqu minn pajjiżhom minħabba xi kunflitt f’pajjiżhom. Iżda fost dawk li telqu mill-Alġerija u l-Marokk kien hemm inqas minn 10% li telqu minn pajjiżhom minħabba l-istess raġuni.