Telqa fl-inħawi tal-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra

Qarrej ta’ Newsbook.com.mt bagħtilna dawn ir-ritratti li juru t-telqa li tinsab fl-inħawi tal-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra.

Qal li jinsab dispjaċut għall-fatt li dan il-post imfittex mit-turisti jinsab f’dan l-istat ta’ abbandun bil-konsegwenza li qed tingħata impressjoni ħażina lil dawk li jżuruh.

Isemmi fost l-oħrajn l-iskip li qiegħda fil-fetħa qabel wieħed jidħol għal Calypso Cave, ħmieġ, kif ukoll li l-għar ta’ spiss qed ikun magħluq.