Telqa fi ġnien f’Marsalforn

Ritratti li bagħat qarrej ta' Newsbook.com.mt juru l-istat li jinsab fih Ġnien it-Tliet Għoljiet f'Marsalforn li ġie inawgurat sena ilu.

Il-qarrej qal li l-ġnien jinsab fi stat ta' telqa u abbandun.

Huwa semma li l-ilma fil-water feature tal-ġnien huwa qiegħed u qed iġib ħafna nemus b'detriment għar-residenti fl-inħawi u li hemm xi ħajt tas-sejjieħ imwaqqa'.

Ilmenta wkoll li xi dawl dekorattiv mhux qed jinxtegħel bil-lejl.

Huwa appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni meħtieġa biex dan il-ġnien ikun jista' jibqa' jitgawda mill-familiji Maltin u Għawdxin.

F'Lulju, Newsbook.com.mt ippubblika ritratti ta' periklu li kien hemm f'dan il-ġnien, li ġie rrimedjat wara ftit jiem.