Telliflu raqda u ħareġ għalih b’arma taqta’

Gwardjan tal-Ambaxxata Libjana ġie akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq persuna wara li allegatament uża sikkina żgħira biex iweġġa’ wieħed mill-ġirien li kien qed jagħmel l-istorbju u li telliflu r-raqda li raqad wara li spiċċa s-sigħat tax-xogħol.

Il-qorti semgħat kif l-akkużat ipprova jwaqqaf lill-ġar milli jdoqq mużika tgħajjat barra d-dar tiegħu u kien propju f’dan il-ħin li nqala argument. F’punt waqt l-argument, l-akkużat ħareġ sikkina mill-but, xejjirha u attakkah. Ir-raġel li nzerta kien Żvediż, weġġa’ waqt il-ġlieda u sofra qatgħa f’subgħu.

L-akkużat, li ilu jgħix f’Malta għal numru ta’ snin, ammetta li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu ingħata l-ħelsien fuq garanzija personali ta’ € 5,000