Tellieqa tal-ħolm f’Istanbul

Tliet karozzi, mutur, karozza tal-Formula 1, jet privat u fighter jet iltaqgħu ras imb’ras kontra xulxin għal tellieqa ġewwa Istanbul. Kien hemm ħames sewwieqa fil-vetturi tagħhom ħdejn xulxin filwaqt li ż-żewġ piloti kienu lesti fl-ajruplani f’runway ta’ 400 metru.

Din it-tellieqa kienet parti mill-festival tal-avjazzjoni, l-ispazju u t-teknoloġija li qed isir fl-ajruport ta’ Istanbul stess. Jikkompetu kien hemm, mutur Kawasaki H2R, Tesla P100DL, Aston Martin u Lotus Evora GT 430.

Għalkemm it-tellieqa kienet missielta, is-sewwieq bil-mutur Kawasaki irnexxielu jikseb l-ewwel post. It-tieni post kisbu s-sewwieq tal-karozza tal-Formula 1 u fit-tielet post ġie l-jet privat.