​Tellieqa f’Ħal Qormi għall-ALS

Il-kunsill lokali ta’ Ħal Qormi flimkien mal-Qormi Athletic Club u l-isponsors GO Sports organizzaw 10K Qormi Road Race il-ġimgħa li għaddiet b’riżq l-ALS Malta. 
Ftit jiem wara, is-Sindku Jesmond Aquilina ippreżenta donazzjoni ta’ €500 f’isem il-Qormi Athletic Club lil Bjorn Formosa għal ALS Malta.