Read in English.
Żewġ persuni se jkunu qed jikkontesta fl-elezzjoni każwali għas-siġġu ta’ Chris Cardona fil-Parlament.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li sal-għeluq għan-nominazzjonijiet ġew ippreżentati żewġ nomini.
Dawn huma ta’ Ian Castaldi Paris u ta’ Tua Rachel.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela’ l-post vakant tal-eks MP Christian Cardona se jsir l-Erbgħa, 13 ta’ Mejju 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda’ fid-9 ta’ filgħodu.