Telfa ta’ 17-7 għat-tim Malti tal-Waterpolo fil-Kampjonati Ewropej

It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo beda l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru fis-Serbja, b'telfa ta' 17-7 kontra Franza.
Fl-ewwel sessjoni, Malta tilfet bl-iskor ta' 3-0, fit-tieni, telfa ta' 7-4 u fit-tielet sessjoni telfa ta' 5-1 biex l-aħjar sessjoni għal Malta tkun l-aħħar waħda meta l-iskor spiċċa 2-2.
Għal Malta jiskurjaw 5 Stevie Camilleri, u gowl kull wieħed għal Jordan Camilleri u Matthew Zammit.
It-tim Malti issa jerġa jidħol fl-azzjoni nhar it-Tlieta kontra t-tim tas-Serbja, b'dawn tal-aħħar meqjusa favoriti għar-rebħ tal-Kampjonati Ewropej.