Telfa kbira ta’ 6-0 għat-team nazzjonali Malti fil-Bulgarija

Fil-logħba għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014, it-team nazzjonali Malti tal-futbol tilef bl-iskor kbir ta’ 6-0 kontra l-Bulgarija f’Sofia. Il-partita intlaqgħbet fuq ground mimli borra u f’riħ qawwi.

L-iskorers tal-Bulgarija kienu Tonev li skorja żewġ goals, Popov, Gargarov, Minev u Ivanov f’partita li ġiet dominata għal kollox mit-team Bulgaru.

Fi tmiem il-logħba l-coach nazzjonali tat-team Malti Pietro Ghedin esprima d-diżappunt tiegħu iżda fl-istess waqt qal li jirrikonoxxi l-qawwa tat-team Bulgaru.

Din il-partita intlagħbet fi stadium vojt minħabba sanzjoni tal-FIFA fil-konfronti tal-Bulgarija.

Ritratt: Paul Zammit Cutajar