Telfa diżappuntanti għal Malta

F'logħba valida minn Grupp H ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, Malta titlef kontra n-Norveġja bl-iskor ta' 3-0.
Il-logħba ntlagħbet fl-Istejdjum Nazzjonali f'Ta' Qali quddiem attendenza ta' ftit aktar minn 8,000 spettatur, b'1,400 minnhom li kienu Norveġiżi.
Il-Maltin żammew il-pusses tal-ballun fil-minuti inizjali imma wara li Mats Moeller Daehli poġġa lin-Norveġiżi fil-vantaġġ fit-22 minuta, il-Maltin intfew għal kollox.
Fis-26 minuta Joshua King irdoppja l-iskor u fid-49 minuta reġa' kien l-istess King li għamel l-iskor finali 3-0.
L-uniku plejer ammonit fil-partita kien Andrei Agius fil-71 minuta.
In-Norveġiżi kienu ġejjin minn telfa ta' 2-0 kontra l-Italja, li se jkunu l-avversarji ta' Malta nhar it-Tnejn li ġejjin f'pajjiżna.
It-Taljani għelbu lil Ażerbajġan bl-iskor ta' 2-1, fejn Giorgio Chellini kien l-awtur ta' doppjetta għat-Taljani u skurja wkoll l-awtogowl għall-Ażerbajġan.
Minn naħa l-oħra l-Ażerbajġan kienu ġejjin minn telfa ta' 2-1 kontra l-Bulgarija.
Intant il-Bulgarija ġew megħluba mill-Kroazja b'awtogowl ta' NIkolay Burdov fis-36 minuta.
Il-Kroazja li fil-logħba inizjali kienet għelbet lil Malta bl-iskor ta' 2-0, tinsab f'ras Grupp H mal-Italja.