Televixins: L-aktar skart elettroniku mormi

Fiċ-Ċentri ta’ Skart Goff, fl-aħħar tax-xahar li għadda kienu depożitati 259 tunnellata ta’ televixins qodma, li ġew mormija.
Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal fil-Parlament li l-akkumulu ta’ skart elettriku u elettroniku f’dawn is-siti kien jinkludi wkoll 173 tunnellata ta’ fridges u 30 tunnellata ta’ water heaters jew geysers kif inhuma magħrufa aktar mal-Maltin.
Josè Herrera kien qed iwieġeb għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.