Telefonata f’nofs ta’ lejl

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa Martha tmur id-dar ta’ Yvonne biex tgħin lil Nadia fil-matematika. Dwar xiex tkellmu hi u Frankie? X’hemm bejniethom? Yvonne kuntenta b’dan jew le? Għaliex ma taqbilx ma’ dak li kien ftiehem Frankie?

Karl iċempel lil xi ħadd f’nofs ta’ lejl. Lil min?

Chris qed jaqra ktieb. X’jaħseb fuqu u għaliex ma kienx se jidħol għax-xogħol l-għada?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.