Telaq b’passaport ta’ ħaddieħor; indunaw fl-Italja

Raġel irnexxielu jitlaq minn Malta b’passaport li ma kienx tiegħu però nqabad mill-awtoritajiet Taljani.

Fil-Qorti, Yousef Karim ta’ 29 sena min-Niġerja ammetta li uża dokument Taljan li kien f’isem ħaddieħor. Karim, li jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, telaq minn Malta l-Ħamis li għadda.

Karim kien ipprova jagħmel l-istess ħaġa f’Marzu tas-sena l-oħra. Kien intbagħat lura Malta minn Ruma u weħel sitt xhur ħabs.

Din id-darba Karim weħel sena ħabs.