Teknoloġija li tbassar x’informazzjoni jkollok bżonn

Dan kollu jsir permezz ta’ apps li jsegwu l-użu tal-internet tal-persuna. Għalhekk, meta persuna tfittex affarijiet simili, u ta’ spiss, ikun aktar faċli sabiex jissimplifikaw il-ħajja. Għal ħafna, din hija soluzzjoni għal numru ta’ problemi, fosthom li ma tasalx tard għal xi laqgħa.

Din il-personal assistant app tkun qed tieħu biċċiet differenti t’informazzjoni dwar il-persuna u tgħaqqadhom flimkien. Din l-informazzjoni tinkiseb mill-imejls, modi ta’ trasport li tuża u tgħarrfek jekk ikollokx bżonn titlaq qabel minħabba traffiku. Anke jekk tħalli nota ta’ tfakkir fil-mowbajl biex tixtri l-ħalib, huwa jfakkrek biex tagħmel dan meta tidħol f’ħanut tal-ikel.

Dawk li huma favur il-privatezza tal-bniedem ma jaqblux ma' din it-teknoloġija. Huma qalu li l-persuni li jużaw l-Internet ma jkollhomx l-fakultà tal-għażla.