Teħlisha ħafif wara li waqgħet sular bil-karozza

Mara ħelsitha ħafif meta l-karozza tagħha waqgħet għoli ta’ madwar sular wara li għal xi raġuni żvijat mit-triq u spiċċat ġo għalqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.50am.
Kelliema għall-pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-Triq tax-Xewka f’Raħal Ġdid.
Membri tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna, iżda sabu li l-mara rnexxielha toħroġ mill-karozza waħdeha.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.