Teħlisha ħafif wara li waqgħet fil-baħar bil-karozza

Mara ħelsitha ħafif wara li lbieraħ filgħaxija waqgħet bil-karozza fil-baħar f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ ftit qabel nofsilejl.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara rnexxielha toħroġ mill-karozza wara li r-raġel tagħha qabeż il-baħar biex jgħinna.
Kelliema għall-Pulizija qalet li l-mara, mir-Rumanija residenti Wied il-Għajn, irrifjutat li tittieħed l-isptar.