Tegħreq dgħajsa fl-Għadira

Dgħajsa nqalbet u għerqet fil-Bajja tal-Għadira kmieni wara nofsinhar.
Id-dgħajsa kienet marbuta u wieqfa, u jidher li ma kien hemm ħadd abbord.
Ir-raġunijiet għall-għarqa għadhom iridu jiġu magħrufa, iżda l-baħar kien wieħed kalm xħin id-dgħajsa nqalbet u bdiet nieżla.
Ritratt: Arkivji