Tefa l-VAR biex qabbad il-mowbajl jiċċarġja

It-teknoloġija tal-VAR waqfet taħdem waqt waħda mil-logħob fl-Arabja Sawdija minħabba li wieħed mill-ħaddiema qala’ wieħed mill-wires biex qabbad iċ-charger tal-mowbajl.

Il-logħba bejn Al-Nassr u Al-Fateh spiċċat f’kontroversja sħiħa wara li l-VAR waqfet milli taħdem minħabba ‘problemi tekniċi’. Al-Nassr spiċċa biex rebaħ il-logħba wara li skurjaw id-49 minuta.

Iżda l-futbol fl-Arabja mhux l-uniku wieħed li qed jesperjenza problemi bil-VAR.

Refereee fil-Bolivja qajjem kaos sħiħ wara li rrigala penalty permezz tal-VAR minkejja li fid-Diviżjoni Premier ma jużawx din it-tekonoloġija. Ir-referee deher jitkellem mar-raba’ uffiċjal permezz tal-earpiece qabel ma ħa d-deċiżjoni kontroversjali.

Il-logħba spiċċat f’kaos sħiħ minħaba li l-plejers dehru rrabjati ferm bid-deċiżjoni. Il-pulizija spiċċat tipprova tikkontrolla s-sitwazzjoni fil-grawnd.