Teddy ta’ Klassi Għalina jagħlaq sninu

Manwel Cucciardi
Manwel Cucciardi bħala Teddy Lagana fi Klassi Għalina

Manwel Cucciardi, l-atturi li hu magħruf għall-karattru ta’ Teddy Lagana fis-sensiela Klassi Għalina llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Cucciardi twieldet bħal-lum it-2 ta’ Jannar tal-1987. Illum filfatt għalaq 34 sena.

Cucciardi hu wiċċ magħruf ukoll fuq il-palk u anke deher fil-film The Devil’s Double li nħadem Malta. Ħadem ukoll fis-sensiela Game Over li qed tixxandar fuq Meliat More.

Dan apparti x-xogħol tiegħu fuq bħala kok!

Lil Cucciardi se nkunu qed narawh mill-ġdid bħala Teddy fl-aħħar kapitlu ta’ Klassi Għalina fil-film Klassi Għalina Vs Dragula li kellu joħroġ fiċ-ċinema s-sena l-oħra. Dan il-film issa se jkun qed jitwassal fuq l-iscreens taċ-ċinema f’data li għandha titħabbar aktar il-quddiem.

Intant repetizzjonijiet mis-sensiela Klassi Għalina qed jixxandru kemm fuq l-istazzjon One kif ukoll fuq Melita More.

Nawguraw lil Manwel Cucciardi l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.