​Tbusx fuq il-ħalq!

Ħafna drabi l-ġenituri jbusu lit-trabi fuq xufftejhom, aġir ikkundannat mid-dentisti li jemmnu li dan iwassal għal riskju li jitħassrulhom snienhom.
Il-gazzetta The Sunday Mail tkellmet ma’ dentist li spjega li anke meta jonfħu l-ikel li jkunu se jagħtu lit-trabi jkunu qed jagħmlu ħażin. Saħaq li l-ġenituri għandhom jevitaw li jduqu l-ikel tat-tfal biex jiċċekkjaw it-temperatura.
Dan minħabba baktirja li jistgħu jgħaddulhom.
Dr Michael Chong appella lill-ġenituri biex jiċċekkjaw snienhom regolarment u jżommu ħalqhom nadif, biex jevitaw li jgħaddu l-baktirja lil uliedhom.