Tbigħ pilloli tal-awrina taparsi ecstasy

Tfajla ta’ 25 sena bdiet tbigħ pilloli tal-awrina taparsi kienu droga tal-ecstasy waqt party fil-Qawra.
Hija tressqet il-Qorti b’akkuża li prattikat il-professjoni medika mingħajr il-kundizzonijiet neċessarji u li biegħet prodotti mediċinali mingħajr il-liċenzja.
Dan hekk kif ma setax tiġi akkużata bi traffikar tad-droga minħabba li hi ma provatx tbigħ droga illegali, iżda droga legali b’mod illegali.
Il-Maġistrat Grazio Mercieca ta l-libertà kkundizzjonata għal tliet snin u multa ta’ €2,329.