Tbiegħ il-kejk tat-tieġ fuq ebay għax bla forma

Il-ħolma ta’ kull għarusa hu li fil-ġurnata tat-tieġ tagħha kollox imur perfett u bla problemi. 

Celia, tfajla Ingliża ħarġet b’idea differenti għall-kejk tat-tieġ tagħha. It-tfajla ordnat il-kejk tat-tieġ online.  

Ordnat tliet kejkijiet fuq xulxin b’diżinn ta’ tlett tyres ta’ karozza fuq xulxin. Iżda meta daħlet fis-sala tat-tieġ ħadet waħda mill-ikbar qtajja ta’ ħajjitha.  Sabet jistenniha kejk li ma jixbah xejn lil dak li ordnat online. Tant kemm kien ikrah, li saħansitra lanqas azzardat taqsmu mal-mistiedna.  Wara l-ġurnata tat-tieġ, 

Celia iddeċidiet tbiegħ il-kejk fuq Ebay.  Wara li n-nies online bagħtulha ħafna messaġġi ta’ kritika, hi ammettiet li tellagħtu online biss bħala ċajta.