​Tbattal il-card tal-Bank tal-ġenituri tagħha

Mara minn Tas-Sliema ammettiet li użat il-card tal-Bank tal-ġenituri tagħha biex nefqet madwar €60,000 mingħajr il-permess tagħhom.
Il-mara ta’ 33 sena, użat il-card bil-moħbi tal-ġenituri tagħha bejn Diċembru u Frar li għadda. Fil-Qorti ġiet akkużata b’serq aggravat, fosthom ukoll li użat in-numru tal-PIN ta’ ħaddieħor u li serqet u użat cards tal-Bank li ma kinux f’isimha.
Il-mara ġiet akkużata wkoll bil-pussess tad-droga cannabis u ecstacy li l-Pulizija sabu malli arrestawha.
Hija ammettiet li kienet ħatja u d-difiża talbet il-libertà proviżorja.
Billi l-prosekuzzjoni ma kellhix oġġezzjoni għal dan, il-mara ngħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.