Taylor Swift se terġa’ tirrekordja d-diski tagħha mill-ġdid

Ritratt: Instagram

Il-kantanta Taylor Swift qalet li se tirrekordja verżjonijiet ġodda tad-diski kollha li għamlulha suċċess wara li l-katalgu tad-diski tagħha nxtara mill-maniġer tal-mużika pop Scooter Braun.

F’Ġunju li għadda Swift qalet li d-diski tagħha tal-bidu nbiegħu kollha minn wara daharha mit-tikketta tad-diski li kienet magħha bla ma kienet infurmata. Kienet akkużat lil Braun li kien bully u jimmanipula lin-nies. Braun huwa l-maniġer ta’ Ariana Grande u Demo Lovato.

Swift hi determinata li tirrekordja mill-ġdid il-mużika li kellha fl-ewwel sitt albums li ħarġet biex b’hekk ikollha l-jeddijiet fuqhom u ma tħalli lil ħadd jammanipulaha u jagħmel il-flus minn fuqha. Ħamsa minn dawn l-albums se jkunu rekordjati s-sena d-dieħla peress li l-kuntratt li għandha bħalissa ma jħallihiex tagħmel dan qabel.

Il-kantanta bdiet il-karriera tagħha mat-tikketta Big Machine meta kienet għadha żagħżugħa fejn ħarġet sitt albums, fosthom wieħed fl-1989 li għalih kienet rebħet Grammy.

F’Ġunju ta’ din is-sena d-diski kollha tagħha għaddew għand il-kumpanija Ithaca Holdings ta’ Braun meta xtara l-Big Machine Records għal $300 miljun.